
February 21, 2026
Matul din il-ġimgħa bil-kollaborazzjoni ta’ L-Għaqda Mużikali L’Isle Adam tar-Rabat, l-istatwa tal-Gran Mastru L’Isle Adam ser tkun esibita fl-entrata ta' Palazzo Falson.
Il-Gran Mastru L’Isle Adam, l-ewwel Gran Mastru ta’ Malta li wassal l-Ordni ta’ San Ġwann fl-1530, għex għal xi żmien ġewwa Palazzo Falson u bħala kommemorazzjoni ta’ dan l-avveniment, fil-bitħa, kif ukoll fis-sala tal-pranzu nsibu l-istemma tal-Gran Mastru, li ġew miżjudin mill-aħħar propjetarju ta’ dan il-palazz, il-Kaptan Olof Gollcher OBE (1889-1962).
Din hija xogħol maħdum fil-kartapesta mill-istatwarju Carmelo Mallia (1880-1931) minn Ħal Qormi. Din l-istatwa hija propjeta tal-Arċikonfraternita ta' San Ġużepp tar-Rabat u tintrama ta’ kull sena fil-festa ta’ San Ġużepp nhar id-19 ta’ Marzu fir-Rabat tal-Imdina. Saret fl-1913 u tħallset minn Nobbli Markiż Carlo Zimmermann Barbaro di San Giorgio li kien President Onorarju tal-Banda L’Isle Adam, li propju hija msemmija għall-istess Gran Mastru. Apparti l-festa ta’ San Ġużepp din l-istatwa intramat f'diversi okkażjonijiet speċjali fosthom f’Mejju 1954 fiż-żjara Rjali tal-M.T. r-Reġina Eliżabetta II fl-Imdina.
Olof Gollcher kellu rabta wkoll mal-każin tal-banda L’Isle Adam, hekk kif serva bħala President ta’ din l-għaqda għal xi snin.
𝐼𝑛 𝑐𝑜𝑙𝑙𝑎𝑏𝑜𝑟𝑎𝑡𝑖𝑜𝑛 𝑤𝑖𝑡ℎ 𝐿-𝐺ħ𝑎𝑞𝑑𝑎 𝑀𝑢𝑧̇𝑖𝑘𝑎𝑙𝑖 𝐿'𝐼𝑠𝑙𝑒 𝐴𝑑𝑎𝑚 𝑜𝑓 𝑅𝑎𝑏𝑎𝑡, 𝑡ℎ𝑒 𝑚𝑜𝑛𝑢𝑚𝑒𝑛𝑡𝑎𝑙 𝑠𝑡𝑎𝑡𝑢𝑒 𝑜𝑓 𝐺𝑟𝑎𝑛𝑑 𝑀𝑎𝑠𝑡𝑒𝑟 𝐿’𝐼𝑠𝑙𝑒 𝐴𝑑𝑎𝑚 𝑤𝑖𝑙𝑙 𝑏𝑒 𝑒𝑥ℎ𝑖𝑏𝑖𝑡𝑒𝑑 𝑎𝑡 𝑡ℎ𝑒 𝑒𝑛𝑡𝑟𝑎𝑛𝑐𝑒 𝑜𝑓 𝑃𝑎𝑙𝑎𝑧𝑧𝑜 𝐹𝑎𝑙𝑠𝑜𝑛 𝑑𝑢𝑟𝑖𝑛𝑔 𝑡ℎ𝑖𝑠 𝑤𝑒𝑒𝑘.
𝐺𝑟𝑎𝑛𝑑 𝑀𝑎𝑠𝑡𝑒𝑟 𝐿’𝐼𝑠𝑙𝑒 𝐴𝑑𝑎𝑚 𝑖𝑠 𝑘𝑛𝑜𝑤𝑛 𝑡𝑜 ℎ𝑎𝑣𝑒 𝑟𝑒𝑠𝑖𝑑𝑒𝑑 𝑎𝑡 𝑃𝑎𝑙𝑎𝑧𝑧𝑜 𝐹𝑎𝑙𝑠𝑜𝑛 𝑓𝑜𝑟 𝑠𝑒𝑣𝑒𝑟𝑎𝑙 𝑑𝑎𝑦𝑠 𝑑𝑢𝑟𝑖𝑛𝑔 ℎ𝑖𝑠 𝑣𝑖𝑠𝑖𝑡 𝑡𝑜 𝑀𝑑𝑖𝑛𝑎 𝑎𝑛𝑑 𝑎𝑠 𝑎 𝑐𝑜𝑚𝑚𝑒𝑚𝑜𝑟𝑎𝑡𝑖𝑜𝑛 𝑜𝑓 ℎ𝑖𝑠 𝑠𝑡𝑎𝑦, ℎ𝑖𝑠 𝑐𝑜𝑎𝑡 𝑜𝑓 𝑎𝑟𝑚𝑠 𝑎𝑟𝑒 𝑓𝑒𝑎𝑡𝑢𝑟𝑒𝑑 𝑖𝑛 𝑡ℎ𝑒 𝑐𝑜𝑢𝑟𝑡𝑦𝑎𝑟𝑑 𝑎𝑛𝑑 𝑖𝑛 𝑡ℎ𝑒 𝑑𝑖𝑛𝑖𝑛𝑔 𝑟𝑜𝑜𝑚. 𝑇ℎ𝑒𝑠𝑒 𝑓𝑒𝑎𝑡𝑢𝑟𝑒𝑠 𝑤𝑒𝑟𝑒 𝑎𝑑𝑑𝑒𝑑 𝑏𝑦 𝑡ℎ𝑒 𝑙𝑎𝑠𝑡 𝑜𝑤𝑛𝑒𝑟 𝑎𝑛𝑑 𝑟𝑒𝑠𝑖𝑑𝑒𝑛𝑡 𝑜𝑓 𝑃𝑎𝑙𝑎𝑧𝑧𝑜 𝐹𝑎𝑙𝑠𝑜𝑛, 𝐶𝑎𝑝𝑡𝑎𝑖𝑛 𝑂𝑙𝑜𝑓 𝐺𝑜𝑙𝑙𝑐ℎ𝑒𝑟 𝑂𝐵𝐸 (1889–1962).
𝑇ℎ𝑒 𝑠𝑡𝑎𝑡𝑢𝑒 𝑤𝑎𝑠 𝑐𝑟𝑎𝑓𝑡𝑒𝑑 𝑖𝑛 𝑝𝑎𝑝𝑖𝑒𝑟-𝑚𝑎̂𝑐ℎ𝑒́ 𝑖𝑛 1913 𝑏𝑦 𝑠𝑐𝑢𝑙𝑝𝑡𝑜𝑟 𝐶𝑎𝑟𝑚𝑒𝑙𝑜 𝑀𝑎𝑙𝑙𝑖𝑎 (1880–1931) 𝑓𝑟𝑜𝑚 Ħ𝑎𝑙 𝑄𝑜𝑟𝑚𝑖. 𝐼𝑡 𝑤𝑎𝑠 𝑐𝑜𝑚𝑚𝑖𝑠𝑠𝑖𝑜𝑛𝑒𝑑 𝑏𝑦 𝑡ℎ𝑒 𝑁𝑜𝑏𝑙𝑒 𝑀𝑎𝑟𝑐ℎ𝑒𝑠𝑒 𝐶𝑎𝑟𝑙𝑜 𝑍𝑖𝑚𝑚𝑒𝑟𝑚𝑎𝑛𝑛 𝐵𝑎𝑟𝑏𝑎𝑟𝑜 𝑑𝑖 𝑆𝑎𝑛 𝐺𝑖𝑜𝑟𝑔𝑖𝑜, 𝐻𝑜𝑛𝑜𝑟𝑎𝑟𝑦 𝑃𝑟𝑒𝑠𝑖𝑑𝑒𝑛𝑡 𝑜𝑓 𝑡ℎ𝑒 𝐿’𝐼𝑠𝑙𝑒 𝐴𝑑𝑎𝑚 𝐵𝑎𝑛𝑑 𝐶𝑙𝑢𝑏 𝑤ℎ𝑖𝑐ℎ 𝑤𝑎𝑠 𝑛𝑎𝑚𝑒𝑑 𝑎𝑓𝑡𝑒𝑟 𝑡ℎ𝑒 𝐺𝑟𝑎𝑛𝑑 𝑀𝑎𝑠𝑡𝑒𝑟. 𝑇ℎ𝑒 𝑠𝑡𝑎𝑡𝑢𝑒 𝑖𝑠 𝑝𝑟𝑜𝑝𝑒𝑟𝑡𝑦 𝑜𝑓 𝑡ℎ𝑒 𝐴𝑟𝑐ℎ𝑐𝑜𝑛𝑓𝑟𝑎𝑡𝑒𝑟𝑛𝑖𝑡𝑦 𝑜𝑓 𝑆𝑡 𝐽𝑜𝑠𝑒𝑝ℎ 𝑜𝑓 𝑅𝑎𝑏𝑎𝑡 𝑎𝑛𝑑 𝑒𝑣𝑒𝑟𝑦 𝑦𝑒𝑎𝑟 𝑖𝑠 𝑒𝑥ℎ𝑖𝑏𝑖𝑡𝑒𝑑 𝑖𝑛 𝑅𝑎𝑏𝑎𝑡 𝑑𝑢𝑟𝑖𝑛𝑔 𝑡ℎ𝑒 𝐹𝑒𝑎𝑠𝑡 𝑜𝑓 𝑆𝑡 𝐽𝑜𝑠𝑒𝑝ℎ 𝑜𝑛 19𝑡ℎ 𝑀𝑎𝑟𝑐ℎ. 𝑇ℎ𝑒 𝑠𝑡𝑎𝑡𝑢𝑒 𝑤𝑎𝑠 𝑎𝑙𝑠𝑜 𝑒𝑥ℎ𝑖𝑏𝑖𝑡𝑒𝑑 𝑜𝑛 𝑛𝑜𝑡𝑎𝑏𝑙𝑒 𝑜𝑐𝑐𝑎𝑠𝑖𝑜𝑛𝑠, 𝑖𝑛 𝑝𝑎𝑟𝑡𝑖𝑐𝑢𝑙𝑎𝑟 𝑖𝑛 𝑀𝑎𝑦 1954 𝑑𝑢𝑟𝑖𝑛𝑔 𝑡ℎ𝑒 𝑅𝑜𝑦𝑎𝑙 𝑉𝑖𝑠𝑖𝑡 𝑜𝑓 𝐻.𝑀. 𝑄𝑢𝑒𝑒𝑛 𝐸𝑙𝑖𝑧𝑎𝑏𝑒𝑡ℎ 𝐼𝐼 𝑖𝑛 𝑀𝑑𝑖𝑛𝑎.
𝑂𝑙𝑜𝑓 𝐺𝑜𝑙𝑙𝑐ℎ𝑒𝑟 𝑎𝑙𝑠𝑜 𝑠𝑒𝑟𝑣𝑒𝑑 𝑎𝑠 𝑃𝑟𝑒𝑠𝑖𝑑𝑒𝑛𝑡 𝑜𝑓 𝑡ℎ𝑒 𝐿’𝐼𝑠𝑙𝑒 𝐴𝑑𝑎𝑚 𝐵𝑎𝑛𝑑 𝐶𝑙𝑢𝑏, 𝑓𝑜𝑟 𝑎 𝑛𝑢𝑚𝑏𝑒𝑟 𝑜𝑓 𝑦𝑒𝑎𝑟𝑠.
Palazzo Falson Historic House Museum is managed by Fondazzjoni Patrimonju Malti, a non-profit heritage foundation aiming to spread awareness about our heritage through museums, publications, exhibitions and events.
Contact Details
Telephone
+356 2145 4512
Museum Curator
museumcurator@palazzofalson.com
Bookings and General Enquiries
bookings@palazzofalson.com
Administration Enquiries
museumadmin@palazzofalson.com
